New Technologies and the Future of  Languages
METANET4U White Papers
  • English, Español, Malti, Português, Română
    • Presentation in english
    • Presentación en español
    • Preżentazzjoni bil-Malti
    • Apresentação em português
    • Prezentare în română
  • Workshop em Portugal
    • Workshop in Portugal
    • Livro Branco "A Lingua Portuguesa na Era Digital"
    • "Tecnologia da Linguagem": Stand na feira de TIC
  • Workshop en España
    • Workshop in Spain
  • Workshop in UK
  • Workshop in Romania
    • Workshop in Romania
  • Workshop f'Malta
    • Workshop in Malta
  • METANET4U website

Merħba!

Picture
Qed ngħixu rivoluzzjoni diġitali li qed tħalli impatt b’mod drammatiku fuq il-komunikazzjoni u s-soċjetà. Żviluppi riċenti fit-teknoloġija tal-informazzjoni u tal-komunikazzjoni xi drabi jiġu mqabbla mal-invenzjoni tal-istampar ta’ Gutenberg.

X’tista’ tgħidilna din l-analoġija dwar il-futur tas-soċjetà tal-informazzjoni Ewropea u b’mod partikolari l-lingwi tagħna?

L-istampar bla dubju kkontribwixxa għal skambju ta’ informazzjoni fl-Ewropa, iżda wassal ukoll għall-estinzjoni ta’ bosta lingwi Ewropej. Lingwi reġjonali u dawk f’minoranza rarament ġew stampati u kienu limitati għal forom orali ta’ trasmissjoni, li llimita l-adozzjoni kontinwa, it-tixrid u l-użu tagħhom.

It-teknoloġiji ġodda se jkollhom impatt simili fuq il-lingwi tagħna? Hemm riskji ġodda ta' estinzjoni għal-lingwi tagħna?

Il-lingwa umana hija portal għad-dinja madwarna. Permezz tal-użu ta' kuljum tagħha, nikkomunikaw, nitgħallmu, naqsmu l-informazzjoni, nippjanaw il-futur tagħna, nikkoordinaw ma' xulxin, u ngawdu stejjer u poeżiji.

Imma fl-era diġitali u f’dinja globalizzata l-lingwa umana toħloq ukoll ostakoli kbar. Filwaqt li teknoloġiji ġodda jippermettu lin-nies madwar id-dinja biex jikkomunikaw ma' xulxin billi jipprovdu aċċess immedjat għal repożitorju infinit ta' informazzjoni, ħafna minn dan l-univers ġdid jibqa’ inaċċessibbli u magħluq, maqful ġewwa l-ostakoli inviżibbli maħluqin mid-diversità tal-lingwi li fihom hu espress.

It-teknoloġija lingwistika u r-riċerka lingwistika jistgħu jagħtu kontribuzzjoni sinifikanti lejn it-tneħħija ta' dawn il-ostakoli lingwistiċi. U dan huwa biss parti minn impatt saħansitra iktar wiesa': eventwalment se jippermettu l-interazzjoni intuwittivi bbażata fuq il-lingwa ma' għodod teknoloġiċi li jvarjaw minn makkinarju elettroniku tad-dar u vetturi sa kompjuters u robots.

Imma l-lingwi kollha jkunu lesti adegwatament li jintużaw taħt kondizzjonijiet teknoloġiċi ġodda?

Il-lingwi kollha qegħdin jiġu riċerkati u mgħammrin bit-teknoloġija lingwistika xierqa biex tiffaċċja l-futur tagħhom u jistinkaw fl-era diġitali?

Il-prova biex twieġeb mistoqsijiet bħal dawn wasslet għall-pubblikazzjoni ta' serje ta' White Papers għal tletin lingwi mitkellmin fl-UE.

L-istess mistoqsijiet qed jistimolaw l-organizzazzjoni tas-serje preżenti ta' workshops deskritti f'din il-websajt.


Aqra AKTAR
Powered by Create your own unique website with customizable templates.