New Technologies and the Future of  Languages
METANET4U White Papers
  • English, Español, Malti, Português, Română
    • Presentation in english
    • Presentación en español
    • Preżentazzjoni bil-Malti
    • Apresentação em português
    • Prezentare în română
  • Workshop em Portugal
    • Workshop in Portugal
    • Livro Branco "A Lingua Portuguesa na Era Digital"
    • "Tecnologia da Linguagem": Stand na feira de TIC
  • Workshop en España
    • Workshop in Spain
  • Workshop in UK
  • Workshop in Romania
    • Workshop in Romania
  • Workshop f'Malta
    • Workshop in Malta
  • METANET4U website

Picture
L-għan ta' din il-websajt hija li tiddeskrivi l-avvenimenti li huma organizzati għat-tnedija ta' serje ta' pubblikazzjonijiet importanti jisimgħom Serje ta' White Papers tal-META-NET. Is-serje kollha tipprova tipprovdi stampa ta' kull lingwa Ewropea minn żewġ perspettivi: il-perspettiva lingwistika u l-perspettiva teknoloġika. Il-perspettiva lingwistika telabora karatteristiċi li jiddefinixxu lingwa f'termini tal-grammatika u morfoloġija. Il-perspettiva teknoloġika tiddeskrivi sa fejn ġew żviluppati tekniki tal-ipproċessar awtomatizzati għal kull lingwa. Dawn jinkludu programmi tal-kompjuter li huma kapaċi ta' traduzzjoni, ipproċessar tad-diskors, il-klassifikazzjoni ta' dokumenti eċċ. Il-funzjoni tal-white papers huwa li titqajjem kuxjenza fost il-politikanti, l-industrija, ir-riċerkaturi u l-ġurnalisti dwar lir-rwol ewlieni ta' dawn it-teknoloġiji u l-istatus rispettiv tal-lingwi differenti.

Is-Serje ta' White Papers tal-lingwi tal-META-NET hija riżultat tal-kollaborazzjoni bejn META-NET u erba' proġetti METANET4U, CESAR, META-NORD u T4ME. Din il-websajt tkopri l-lingwi użati fil-pajjiżi li jipparteċipaw fil-METANET4U: il-Portugall, Spanja, l-Ingilterra, ir-Rumanija u Malta. Sabiex jinkiseb impatt kbir, kull pajjiż qed jorganizza avveniment fuq livell nazzjonali.

L-avvenimenti kollha huma dokumentati fuq din il-websajt u jistgħu jigu aċċessi mill-links fil-menu tax-xellug.

META-NET huwa netwerk ta' eċċellenza dedikat għall-bini tal-pedamenti teknoloġiċi b’risq soċjetà ta' informazzjoni multilingwi Ewropea. Dan in-netwerk huwa magħmul mill-META, il-Multilingual Europe Technology Alliance (Alleanza Ewropea għat-Teknoloġija Multilingwi) li l-għanijiet tagħha huma li jiġu żviluppati teknoloġiji tal-lingwi li se:
  • jippermettaw il-komunikazzjoni u l-kooperazzjoni bejn il-lingwi,
  • tieħu lill-utenti ta' kull lingwa aċċess ugwali għall-informazzjoni u l-għarfien,
  • tibni fuq funzjonalitajiet ta' teknoloġija informatika li tagħmel parti minn netwerk u tavvanzahom.

L-għan ċentrali ta' META-NET huwa li jikkontribwixxi għat-twaqqif ta' platform diġitali pan-Ewropea li jappoġġja ġenerazzjoni ġdida ta' faċilitajiet ta' skambju li tħaddan kemm data tal-lingwi u kemm għodod ta' pproċessar.

Powered by Create your own unique website with customizable templates.